Post by beppebergomi on Mar 30, 2009 19:14:08 GMT 2
Bhalma kien mistenni, il-bierah Jenson Button rebbah lill-Brawn GP l-ewwel tigrija tal-istorja taghhom, 32 sena wara li Jody Sheckter ghamel din il-bicca xoghol lill-Wolf fil-Grand Prix tal-Argentina tal-1977. U mhux hekk biss, it-tigrija tal-Brawn saret aktar memorabbli wara li it-tieni sewwieq taghhom, Rubens Barrichello dahal fit-tieni posizzjoni biex hekk l-istampa kienet kollha kompluta ghal dan it-tim u dawn in-nies, li sa tlett gimghat ilu kienu ghadhom bla xoghol. Personalment hadt pjacir li rebah it-tigrija Button, sewwieq li it-talenti tieghu kont ili nghajjat bihom minn meta beda jsuq mal-Williams fl-2000 u nittama li l-affarijiet jibqghu sejrin hekk ghalih.... Jekk dejjem Kimi Raikkonen ma jirxuxtax.
Iva, Kimi, din id-darba int kellek tispicca fuq il-podju u tiehu, nazzarda nghid, mill-anqas tmien punti li kellhom ituk vantagg zgur kontra il-gar tal-garaxx tieghek.... Biss spiccajt ghamilt is-soltu zball li swielek qares it-tigrija. Din id-darba irrabjajtni ftit u nittama li fil-Malasja d-diska tinbidel. Interessanti tara ukoll it-tielet post li kiseb Lewis Hamilton. Ic-champion renjanti kellu kwalifiki deludenti u bi problemi fil-karozza li sahansitra gieghluh jibda it-tigrija minn wara biss matul it-tigrija harget il-wirja kbira tas-sewwieq Ingliz li bis-sahha t' hekk, (u ta' pudina mill-premjata ditta Trulli-Stewards tat-tigrija), tellghetek fuq il-podju ghal din it-tigrija, (u bilhaqq grazzi ghax bis-sahha tat-tigrija tieghek irnexxieli nirbah xi haga fuq is-€ 7 minghand bet365!! )
Zewg sewwieqa ohra li xtaqt nghid taghhom ukoll, ghax ghamlu tigrija tajba, (turija li l-blog tieghi ma ssawwatx izda ukoll tfahhar fejn hemm bzonn!!) huma Sebastian Vettel u Robert Kubica. Vettel qed juri tigrija wara ohra li huwa talent kbir u l-fatt li hu biss irnexxielu jzomm mar-ritmu li kien qed jaghmel Button fuq ir-Red Bull tieghu jaf ikun ukoll l-istorja tal-2009, (fejn f' dan il-kaz imbaghad tkompli l-isfida eterna bejn iz-zewg inginiera ewlenin li hemm f' dan l-isport: Ross Brawn u l-inginier tar-Red Bull Adrian Newey). Kubica min-naha tieghu kompla juri li hu sewwieq li jigri x' jigri ha jkun dejjem hemm ma' ta' fuq u meta tqis li seta anke jirbah din it-tigrija, (ghax Button u Vettel kienu qed ibatu bit-tyres taghhom fl-ahhar tat-tigrija bil-Pollakk jiggwadanja sew fuqhom), is-sewwieq Pollakk jista anke jkun kontendent ghall-Kampjonat matul dan l-istagun. Hasra biss, li dawn it-tnejn dahlu go xulxin fi tmiem it-tigrija u tilfu podju li verament kien ikun meritat ghaz-zewg sewwieqa.
Jien il-Williams ghandi rispett u stima kbira lejhom, (maghhom kont ''irbaht'' l-ewwel Kampjonat fl-1996 meta dak iz-zmien kont nappoggja lil dak li jien inqis bhala it-tieni l-akbar sewwieq li qatt rat il-Formula 1 wara AYRTON SENNA; Damon Hill), biss nixtieq inkun naf ghalfejn ghad ghandhom sewwieq li l-unika aggettiv biex tiddiskrivih huwa INJORANT: Kazuki Nakajima. Il-mod kif tilef il-karozza fit-tigrija, apparti li fakkarni hafna fil-mod li missieru kien jitlef il-Lotusijiet u t-Tyrrellijiet bejn l-1987 u l-1991, ma jixraqx lil tim tal-kalibru tal-Williams, fejn bix-xorti maghhom hemm sewwieq iehor li mill-ftit li tippermettilu l-karozza jipprova jgib rizultati utli: Nico Rosberg.
Sorpriza ohra dahlet fis-seba' post il-bierah, biss hafna kienu qed jghidu li Sebastian Buemi huwa sewwieq tajjeb hafna u li fil-Formule minuri ghamel hafna successi, biss dawn ma jiswew xejn ghax il-Formula 1 hija pjaneta ohra.
Nigu issa ghall-futbol. Is-Sibt l-Ingilterra ghelbu lill-iSlovakkja 4-0 f' loghba ta' hbiberija li fl-ewwel taqsima irrabjatni mhux ftit ghall-ammont ta' cansijiet li tilfu l-Ingilterra. Hadt hafna pjacir li Fabio Capello sema' minni u beda lil Lennon fuq in-naha leminija ta' nofs il-grawnd u nahseb li ghamel ghazla gusta meta qasam il-loghba bejn Beckham, (li issa gheleb lil Bobby Moore b' 109 presenzi man-Nazzjonal) u l-vlegga ta' Leeds. Rooney skurja doppjetta minn zewg assists tajbin tal-koppja stramba Gerrard-Lampard, (li ukoll skurja gowl, Well done Lamps) biex b' hekk ahna il-partitarji tal-Ingilterra nistghu inharsu ghal-loghba ta' nhar l-Erbgha kontra l-Ukrajna b' ottimizmu kbir.
Il-kummenti li qed johorgu mill-kamp Ingliz kollha qed juru certu ottimizmu fuq il-loghba ta' nhar l-Erbgha, ghalkemm wiehed irid jiftakar li l-Ukrajna gejjin Wembley biex jaghtu loghba lit-Tlett Iljuni. Li ma hadtx pjacir biss huwa b' zewg affarijiet:
a) Sur Upson, nifhem li l-ebda plejer ma jiehu pjacir ikun fuq il-bank tas-sostituti biss li tigi tghid li qed timmira ghal post ta' difensur centrali titolari mal-Ingilterra nahseb li qed titlob hafna meta tqis li quddiemek hemm certu Rio Ferdinand u certu John Terry. Biss, tajjeb li tibqa turi dan it-tip ta' loghob man-nazzjonal biex hekk meta, (nittama li dawn il-kazi jkunu RARISSIMI) ikun hemm Terry jew il-Kaiser nieqes inti tkun tista' tiehu posthom mill-ewwel.
b) Don Fabio, naqbel mal-punt tieghek li plejer irid jigi mghajjat jekk kemm 'il darba dan jilghab u juri wirjiet tajbin, biss ma rridx nahseb li m' ghadx ghandek post ghal Michael Owen fit-tim Ingliz. Bin-nuqqas ta' Heskey u Carlton Cole nahseb li flimkien ma' Darren Bent stajt tellajt lill-ex Wonderboy ghal-loghba tal-Erbgha. L-esperjenza tieghu zgur li ser tkun determinanti ghall-mixja taghna lejn Johannesburg. Minkejja kollox pero, hadt hafna gost nara l-kummenti tieghek pero li il-bieb ghal Owen ghadu miftuh....
L-ahhar kumment tieghi ghal-lum ser imur fuq il-fatti xejn sbieh li l-bierah siehbi juve84 baghatli waqt li kont qed niehu pjacir ma' shabi go Bugibba. It-telfa ta' Maicon ser tkun daqqa ta' harta ghall-Interisti u nittama li it-trio Samuel-Cordoba-Chivu ma jdumux ma jirkupraw.... April huwa xahar wisq importanti jekk kemm 'il darba l-Inter iridu jergghu isiru Champions f' Mejju li gej, (ghalkemm fuq hekk m' ghandix dubju). Fuq dan u aktar pero' nitkellmu fil-blog ta' nhar il-Hamis li gej....