Post by beppebergomi on Mar 26, 2009 19:39:13 GMT 2
Nhar il-Hadd li gej f'Melbourne, fl-Awstralja jiftah il-Kampjonat tal-Formula 1 ta' din is-sena. Stagun fejn fih ghandna nsibu hafna tibdiliet fl-aspett regolamentari, tekniku.... U kontroversjali!!!
Ghax ghalkemm il-karozzi ghadhom bilkemm rifsu l-ghatba tal-garaxxijiet taghhom ga qed iberraq b'diversi polemici fuq l-istess karozzi u mal-awtoritajiet.
Renault, Ferrari u Red Bull qeghdin jilmentaw li l-karozzi tal-Williams, Toyota u Brawn ghandhom xi irregolaritajiet u behsiebhom jibqghu isostnu l-punt taghhom sakemm jirbhu l-kawza anke jekk ikun hemm bzonn jappellaw go Parigi bil-konsegwenza li r-rizultati tat-tigrija tal-Hadd u ta' dik tal-gimgha d-diehla gol-Malasja jibqghu imdendlin sa wara Sepang!!!
Barra minn hekk ma ninsewx il-gwerra li hemm bejn it-timijiet u l-FIA. Personalment din qed tfakkarni f'dik il-gwerra li kien hemm bejn l-istess zewg nahat fil-bidu tat-80ijiet bid-differenza tkun li it-timijiet Inglizi kienu fuq front, (immexxi minn Bernie Ecclestone, kif jibdlu z-zmien il-bniedem hux!!!) u l-ohrajn mal-FIA, (bil-Ferrari, for a change tkun qed tmexxi l-grupp ta' favur l-FIA). Wiehed irid jara kif din ha tizvolgi... Bit-tama li jirbah is-sens komun, (li zgur Bernie u Mosley ILHOM HAFNA li tilfu!!!)
Fuq il-lat sportiv jidher li ser ikun hemm diversi timijiet li se jkunu kapaci jiggieldu ghall-unuri fl-2009. Il-Ferrari tibda bhala favorita biss fit-testijiet li kellna fix-xitwa, sew il-BMW, sew ir-Renault jew ahjar Fernando Alonso kif ukoll il-Brawn GP taw sfida kbira lill-Homor. Il-McLaren jidhru batuti biss hafna fil-kamp tal-F1 qed jahsbu li din hija biss pretattika mit-tim tac-champion renjanti Lewis Hamilton. Wiehed issa irid jara jekk dan hux veru jew le.
Fuq nota personali, (ghax minkejja l-gurnalizmu kollu jien UKOLL ghandi l-preferenzi tieghi!!) nittama li dis-sena Kimi Raikkonen TAL-INQAS ikun fil-glieda ghar-rebh tal-Kampjonat sal-ahhar, minkejja li l-Ferrari se jergghu jaghtu l-appogg ewlieni taghhom lil Massa. Jien nittama ukoll li l-ispettaklu offrut fuq ic-cirkwiti din is-sena jara aktar qbiz bejn il-karozzi u li l-ahjar tim u l-ahjar sewwieq jirbhu il-Kampjonat ta' din is-sena, (nittama li jkun Kimi!!!)
Fi blog mimlija Formula 1, ma nistax ma naghtix l-ahhar spazju ghall-futbol. Bil-Kampjonati Domestici wieqfa, l-attenzjoni tad-dilettanti tal-futbol ser tiffoka fuq il-Loghob ta' hbiberija Internazzjonali u loghob ta' Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2010. Ghal min izomm mal-Ingilterra, it-triq lejn Johannesburg din id-darba ser toffrilna loghba ta' hbiberija kontra l-iSlovakkja f' Wembley fis-18:15. Naturalment qed nistenna loghba tajba mit-tim ta' Capello kontra opposizzjoni li, bir-rispett kollu, m' hi xejn specjali. Nittama li Fabio jaghti spazju lil nies bhal Foster bejn il-lasti u specjalment lil Aaron Lennon fuq il-lemin tal-midfield. Biss ta' min isemmi l-fatt li jekk nhar is-Sibt jilghab, David Beckham isir l-aktar plejer tal-Ingilterra li jkun laghab loghob bil-flokk tat-Tlett Iljuni, 108, (hawn qed neskludu lil Peter Shilton li minn gowler laghab 125 loghba mal-Ingilterra).
F' imkejjen ohra fl-Ewropa, loghba li ser tkun interessanti ser tintlaghab f' Vilnius fil-Litwanja fejn Franza ser ikunu qed jilghabu kontra tim li fil-grupp ta' Kwalifikazzjoni ghandu hames punti aktar, (lanqas irrid inkun fil-posizzjoni ta' Domenech bhalissa!!!). L-Italja ghandha konfront fuq il-karta facli gewwa Montenegro filwaqt li hawn Malta gejjin id-Danizi.
Ghal-lum nieqaf hawn. Niltaqghu nhar it-Tnejn.