Post by beppebergomi on Mar 19, 2009 18:37:51 GMT 2
Nhar it-Tlieta li ghaddew, l-imhuh intelligenti li jaghmlu parti mill-Kunsill Dinji tal-iSport Motoristiku Mondjali fi hdan l-FIA, hargu regola gdida ghall-Kampjonat tal-Formula 1 li ser jibda fi ftit inqas minn gimghatejn ohra: Minn din is-sena ic-champion tad-Dinja mhux ser ikun aktar is-sewwieq li jgib l-aktar ammont ta' punti fi hdan l-istagun, izda dak li jirbah l-aktar tigrijiet matul l-istagun, bil-punti jittiehdu in konsiderazzjoni biss meta jkun hemm iktar minn sewwieq wiehed li jkun rebah l-aktar ammont ta' tigrijiet. Dawn imgienen jew?? Qed ihossuh mohhom?? Jafu kemm ser ihawdu nies b' din ir-regola l-gdida???
Veru li issa, kif qal Bernie, it-tigrijiet ser ikunu aktar interessanti ghax issa kulhadd ser imur ghar-rebha pero din ir-regola mhu qed tikkonvincini xejn, anzi, aktar qed tikkonferma kemm zmien Max Mosley u Bernie Ecclestone fit-tmun tal-Formula 1 wasal biex jintemm qabel ma nkomplu naraw aktar pudini jigu maghmula minn dawn it-tnejn, li ok, taw u ghamlu hafna ghal dan l-isport izda f' dawn l-ahhar sitt snin ghamlu hafna decizjonijiet, li fil-fehma tieghi huma zbaljati, fosthom, Spygate, minkejja l-fatt li Kimi ha vantagg minn dan l-iskandlu u Michelingate fl-2003.
Taqra kemm taqra siti tal-Formula 1, (planetf1 fuq kollha), kulhadd imaqdar din l-idea bazwija li harget minn Parigi nhar it-Tlieta li ghaddew. U ma' dil-kulhadd ninkludi lil Schumacher u 'l Di Montezemolo, (il-President tal-Ferrari u tal-Assocjazzjoni tat-timijiet), li l-istess FIA appogjat kemm 'il darba, anke b' mod tabilhaqq sfaccat fejn jidhlu decizjonijiet waqt xi tigrija jew ohra.
Pero, meta illum waranofsinhar, approfittajt mill-festa pubblika u ghamilt naqra ricerka, irrealizzajt li bis-sistema l-gdida, Jim Clark kien ikollu zewg kampjonati aktar fis-Snin 60, Mansell kien ikollu l-istess xorti ta' Clark fl-1986 u 1987 u, isimghu din, il-Brabham fl-1983, li dak iz-zmien, ma ninsewx li kienet immexxija minn Bernie, kienet titlef il-Kampjonat tas-Sewwieqa ghas-spejjez ta' Prost. Minkejja dan, jien xorta niskjera ruhi ma' dawk li jinsabu KONTRA din ir-regola, ghalkemm biex naraw min ghandu ragun jew le issa irridu nistennew u naraw kif ser jizvolgi il-Kampjonat din is-sena. Nittama biss, li din id-darba Bernie u Max giethom tajba, u nieqaf hawn!!!
Naqbez issa ghall-futbol u nigi biex nitkellem ftit fuq tmiem il-gimgha li gej fejn fit-tlett Kampjonati li nsegwi jien, ser ikun hemm diversi loghob interessanti. Minhabba fini ta' interessi personali, (anke ghall-fatt li wara kollox il-blog hija tieghi,) nibdew nitkellmu fuq is-Serie A fejn din id-darba ser insibu il-loghba ta' tmiem il-gimgha f' kull sens. Din ser tintlaghab nhar is-Sibt li gej fit-20:30 u fiha sejrin naraw lill-Juventus imorru ghand Roma biex jippruvaw ifittxu tlett punti importanti ghall-glieda taghhom tal-Kampjonat. It-tnejn li huma ghandhom in-neqsin, (min bl-imwegghin u min bis-sospizi), ghalhekk qed nistenna loghba tajba u nittama ftit inqas polemikuza minn kif hafna li jsegwu is-Serie A jafu li tkun din il-loghba. Jien inhoss li Roma, pero' ser jirnexxilhom igibu xi haga minnha, anke minhabba l-fatt li huma ghadhom f' nofs glieda ghall-ahhar post fic-Champions League tal-istagun li jmiss.
Mill-Inter nippretendi rebha nhar il-Hadd, minkejja l-hafna imwegghin li hemm bhalissa, specjalment fid-difiza. Reggina gejjin Milano biex igibu l-punti zgur pero, nghidu kollox, nemmen li ser tkun difficli ghalihom li jakkwistaw xi haga mil-loghba tal-Hadd. Din pero hija haga li nemmen li in-Napoli ta' Donadoni ser jaghmlu kontra l-Milan fis-San Paolo fil-loghba tal-Hadd filghaxija. Iva, jiena nghid li Donadoni ser jaghti dispjacir lill-ex tim tieghu u jirbah l-ewwel loghba tieghu bhala kowc ta' Napoli nhar il-Hadd. Bejn ghax nahseb wasal iz-zmien li n-Naplitani jirbhu loghba wara kwazi xahrejn ta' astinenza u bejn ghax il-Milan fis-San Paolo rari jgibu rizultat tajjeb.
Hawn Malta is-Sibt ser ikun hemm zewg loghbiet jaharqu. Fis-14:00 hemm Hibs-Floriana, fejn nittama li r-Rahal jirnexxielhom igibu r-rebha tant bzonnjuza f' din il-fazi tal-istagun Malti biex jibqghu izommu l-quccata tal-Klassifika. Warajhom Valletta-B' Kara ghandha l-ingredjenti kollha biex tkun loghba kbira u ninsab cert li minn din il-loghba ser johrog l-anti-Hibernians ghal din is-sena.
Kif qed nitkellmu fuq il-Futbol Malti, xtaqt nghid tieghi ukoll fuq grajja xejn sabiha li grat il-bierah. Il-Poplu Hamruniz tilef personagg li kien l-istorja tal-futbol f' din il-belt. Minkejja li jien ma nzommx mal-Hamrun, xorta wahda nhoss li ghandi nsellem lis-Sur Victor Tedesco ghall-mod kif mexxa lit-tim tieghu fis-snin Tmenin fejn ukoll mhux l-ewwel darba li wassal lill-iSpartans iktar mill-ewwel rawnd tat-Tazzi Ewropej. RIP Sur Victor.
L-Inglizi jghidu save the best for last u f' dan il-kaz hekk ghamilt jien ghax hallejt il-Futbol Ingliz ghall-ahhar. Dan it-tmiem il-gimgha ser jara hafna loghob interessanti. Guus Hiddink ser jipprova jzomm ir-rekord perfett li ghandu fil-Kampjonat ma' Chelsea meta jmur go White Hart ghal derby ta' Londra li qed nistenna li ser ikun derby kbir. Jekk Chelsea jirbhu din il-loghba zgur mhux ser tkun facli. Li kelli nitfa l-flus fuq din il-loghba, jien nitfaghhom li tkun xi loghba ta' over u ghalhekk qed nistenna hafna gowls. Nittama li Lennon jerga' jaghmel loghba kbira, bit-tama li l-Hadd filghaxija nisimghu li Fabio Capello sejjahlu mal-iskwadra tal-Kbar ghal-loghob li l-Ingilterra ser ikollhom f' Wembley il-gimgha id-diehla kontra Slovakkja (loghba ta' hbiberija) u Ukrajna (loghba ta' Kwalifikazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja fl-1 ta' April).
Man Utd imorru ghand Fulham fi grawnd fejn dejjem sabuha difficli biex jirbhu filwaqt li is-Sibt fis-18:30, Arsenal izuru lil Newcastle f' loghba ohra li fiha qed nistenna spettaklu. Nittama li Newcastle jiksbu xi haga minnha din il-loghba ghax issa veru qeghdin jilghabu man-nar!!! U dan zgur HADD ma stennieha fil-bidu tal-istagun!! (U ma naghtix tort lil siehbi shearerlegend hawn meta jghid li hu inkwetat bis-sitwazzjoni prezenti tal-Magpies!!!)
Il-loghba tal-gimgha gol-Ingilterra pero' fil-fehma tieghi ser tintlaghab il-Hadd fil-17:00 gewwa Anfield fejn Liverpool u Aston Villa ser jilghabu loghba importanti hafna ghaz-zewg timijiet; tal-ewwel biex izommu pressjoni fuq il-United u tat-tieni biex izommu pressjoni fuq Arsenal ghar-raba' post. Issa li FL-AHHAR Benitez iffirma kuntratt biex jibqa manager ta' Liverpool sal-2014, nistenna li l-ambjent go Liverpool ikun naqra aktar kalm u seren biex forsi jaghtu ftit sens lill-istagun domestiku taghhom.
Fl-ahharnett, ghada hemm il-poloz tal-Kwarti Finali u Semi Finali tac-Champions League. Veru li l-Inter barra, pero xorta wahda ghandi genn biex inkun naf kif ser jitilghu dawn il-poloz.... Tghid ser naraw xi derby Ingliz fil-Kwarti tal-Finali ta' ghada? Nistennew u naraw.....