Post by Calcio Premier on Feb 23, 2009 21:25:17 GMT 2
Ma nistax nibda din il-blog tal-lum minghajr ma nghid PROSIT lit-tim ta' Hibernians li il-bierah ma ddizappuntanix u kiseb rebha inkredibbli ta' 7-2 kontra l-girien Tarxien Rainbows. Tista tghid li ir-Rahal iddomina l-loghba mill-bidu u minkejja li Hal Tarxien skurjaw l-ewwel, ir-Rahal mill-ewwel irrisponda b' 1-2 ta' Ben u Jonathan u minn hemm ma marrux lura.
Biss issa din il-loghba ghaddiet u issa nistghu nghidu li verament wasal iz-zmien tal-loghba bejn Inter u Man Utd. Pero mhux qabel ma nghaddi xi hsibijiet fuq il-loghob ta' tmiem il-gimgha li ghaddiet.
Bhalma bsart jiena, Bologna tawna kedda u kellha tkun biss perla ta' Mario Balotelli, (min hu Pato???), li tat lill-Inter tlett punti FUNDAMENTALI fil-mixja taghna lejn is-17. F' Settembru, kelli fiducja li n-Napoli kienu ser ikunu sfidanti ewlenin ghal post fic-Champions League, biss wara s-seba' loghba minghajr rebha, in-Naplitani qeghdin fil-periklu li sahansitra jitilfu post fit-Tazza UEFA.
Loghba ohra li kont qed nistenna kienet gewwa Villa Park fejn Guus Hiddink iddebutta ma' Chelsea b' rebha kontra Aston Villa u gowl bellezza ta' Frank Lampard, f' loghba li tkompli taghtini ragun ghalfejn, minkejja id-dominanza ta' Man Utd f' dan il-Kampjonat, il-Premiership jibqa fil-quccata tal-preferenzi tieghi fejn jidhlu loghob tal-Kampjonati domestici, (ovvjament wara dawk tal-Inter), irrispettivament x' jghidu nies li nkun maghhom gol-Inter Club u l-fatt li ma jiehdux pjacir li jien nara hafna loghob minn dan il-Kampjonat, (ismijiet mhux ser insemmi, pero perswaz li dal-messagg ser jasal ghand dawn li xebghu jikkritikawni fuq hekk!!)
Fuq ir-rebh tal-Kampjonat Ingliz, dan nistghu nghidu li mitmum wara li Liverpool tilfu aktar punti bi dro' ta' 1-1 kontra Man City u rebha ta' Man Utd go Old Trafford kontra Blackburn bi Cristiano Ronaldo jiskurja gowl li fakkarni f' gowl simili li ghamel il-Portugiz kontra Portsmouth fl-istagun li ghadda.
U hawn nigu issa biex verament inkellimkom fuq il-loghba Inter-Man Utd t' ghada, loghba li, ok nistenniha bhal haddiehor qieghed, izda mhux b' dik l-istennija kbira bhal ma, per ezempju kont qed nistenna id-derby.
Personalment, United ser jibdew bhala favoriti, pero jien perswaz li Mourinho mhux ha jcedi lir-Red Devils kif gieb u lahaq u ghaldaqstant jien, tal-inqas, qed nippretendi li l-Inter nuru ghalfejn irbahna il-Kampjonat ghal tlieta, kwazi erba', snin konsekuttivi. Li qed jinkwetani huwa l-fatt li ser nilghabu minghajr bniedem, li minghajru l-Inter narahom batuti WISQ - Walter Samuel. Wiehed jittama li Ibrahimovic u Adriano jqumu ghall-okkazjoni f' loghob bhal dawn.
Mil-loghob l-ohra tac-Champions League li ser ikollna f' dawn il-jumejn, il-loghob li ser ikun hemm go Stamford Bridge u gol-Bernabeu. Fl-ewwel loghba, ser naraw lil Claudio Ranieri jirritorna go Stamford Bridge ghall-ewwel darba minn mindu tkecca minn Roman Abramovich fl-2004. Onestament, inhoss li Chelsea ser ikunu superjuri ghal Juventus u ghaldaqstant qed nistenna li l-Blues ser ikunu superjuri ghall-Juventini.
Fit-tieni loghba pero, Real Madrid ser jilqghu ghandhom lil-Liverpool li ser ikollhom lura fl-iskwada lil Steven Gerrard. Kulhadd jaf kemm din it-tazza thobb lil Liverpool, pero kapaci Benitez jibda jsalva l-istagun dizappuntanti, (u qed nghid hekk ghax tilef wisq punti fil-Kampjonat a konfront ta' Man Utd), b' rebha fil-post fejn Benitez kien beda l-karriera ta' kowc tieghu, (mal-iskwadra B)? Nistennew u naraw.
Ghal-lum daqshekk. Li hu zgur huwa li ser ikollna jumejn b' diversi loghob interessanti.... li nittama li fil-blog li jmiss nhar il-Hamis inkun qed nirrakkonta bi ftit serenita, specjalment fejn tidhol il-konfront bejn Inter-Man Utd!!!