Post by beppebergomi on Apr 13, 2009 21:21:12 GMT 2
Fi tmiem il-gimgha li ghaddiet, l-Insara iccelebraw l-Ghid. Kulhadd iqassam il-bajd tal-Ghid, figolli u x' naf jien. L-istess haga gara fl-ghaziza dinja ta' futbol li ahna nghixu biha, specjalment fil-Kampjonati Ewlenin li din il-blog issegwi b' tant kostanza u devozzjoni.
Nibdew mill-Italja. F' ordni rigorozament kronologika, l-ewwel rigal tal-Ghid gie minghand Jose Mourinho lill-Juventus. Sur Mourinho, nafu kemm ghandek ghal qalbek il-futbol difensivista/catenacciar biss qatt m' ghallmuk li meta jkollok vantagg u trid tiddefendih, dan m' ghandek QATT taghmlu minn 40 minuta qabel?? Ghax ha nghiduha kif inhi, ma tistax tirbah dejjem imma jien ma nistax nifhem kif taqla' 'l Balotelli u ddahhal lil Vieira 40 minuta mit-tmiem u minn 2-0 minn fuq il-Palermo igibuna dro'!!! Lanqas jien fuq Football Manager ghax ukoll bil-Leeds, (li bhalissa sejjer tajjeb bihom wara sitt staguni nipprova ngibom fejn irrid,) meta nkun minn fuq ma' xi Man U jew Chelsea niddefendi biss fl-ahhar hames minuti, (u fid-drabi rari li nkun hekk spiss ingiba zewg!!!). U ohra, did-darba ghalik gej, Sur Zlatan. Meta tkun wahdek kontra l-gowler, ahraq xutt minn tieghek mhux tipprova ticcipja l-ballun biex tumilja l-gowler.... Ghax ghadek ma tafx kemm geghltni nghid xorti censurati dak il-hin!!!
Biss fortunatament ghall-Interisti, ir-rigal ta' Mourinho gie reciprokat minn rigal moghti minn Rocchi lill-belt ta' Milan ghax kawza tat-tahwid li ghamel fil-loghba Genoa-Juventus, (gowl moghti b' mod dubjuz lill-Genoani, ezitazzjoni plateali fuq penalty moghti lill-Juventus fost l-ohrajn), u doppjetta ta' Thiago Motta, Genoa ghelbu lill-Juventus 3-2 biex b' hekk kabbru d-distakk bejn Inter u Juventus ghal 10 punti u naqqsu d-distakk bejn Juventus u Milan, (li grazzi ghal Seedorf rebhu 1-0 ghand Chievo), ghal 2 punti biss, bir-riskju ghall-Juventini li mhux talli ma jirbhux il-kampjonat talli anke jitilfu t-tieni post wara stagun shih jokkupawh..... Kieku jsir dan ma naghtix tort lill-Juventini jekk jibdew jghidu kontra Ranieri ghax li wara stagun shih it-tieni li jigu maqbuza minn tim inferjuri minnhom tkun haga deludenti hafna fil-fehma fqira u umli tieghi.
F' Ruma ukoll inaghtaw ir-rigali tal-Ghid nhar is-Sibt li ghadda. Lazio taw wiehed sabih lill-partitarji taghom meta ghelbu 4-2 lil Roma fid-derby u Spalletti u Tare bdew jaghtu rigali lil xulxin mod iehor daqskemm bdew jitghajru qabel, waqt u wara l-loghba... Bis-Sur Spalletti ahjar jara x’ ha jaghmel ghax ir-raba’ post jista’ jghidlu arrivederci b’ dan ir-ritmu….
Fl-Ingilterra ukoll inghataw xi rigali tal-Ghid izda dawn inghataw mod iehor, ghal darba pozittiv. Gewwa Liverpool, ir-Reds ghamlu xalata bil-Blackburn fejn tawhom erbgha u tidrisa biss dawn gew moghtija rigal iehor… did-darba negattiv ghalihom, (u pozittiv ghar-rivali taghhom Man Utd) miz-zaghzugh Fernando Macheda li ghat-tieni darba f’ gimgha iddecieda loghba favur Man Utd wara li dan beda l-loghba mill-bank tas-sostituti. Tghid ir-Red Devils ghandhom lill-eredi ta’ Solskjaer b’ dan iz-zaghzugh Taljan?
Tard is-Sibt wara nofsinhar, zaghzugh iehor, Andy Carroll minn Gateshead, provincja zghira fil-belt ta’ Newcastle, ta l-ewwel punt lit-tim ta’ pajjizu minn meta Alan Shearer beda jmexxi in-Newcastle gewwa l-Brittania Stadium ta’ Stoke, minkejja l-fatt li it-tim ta’ Pulis iddomina ghal hafna hin din il-loghba. Il-Hadd imbaghad, min ihobb il-Futbol specjalment dak Ingliz bhali, inghatajna l-isbah rigal li stajna niehdu ghall-Ghid fejn assistejna ghal spettaklu ta’ loghba bejn Aston Villa u Everton. Il-gowls ma naqsux (3-3) biss anke ir-referee tal-loghba, Howard Webb, ghazel li jaghti xi rigal minn tieghu meta ikkonvinka ruhu facilment minn waqgha accentwata li ghamel Ashley Young fil-kaxxa biex ta lil Aston Villa penalty li fl-ahhar mill-ahhar irrizulta deciziv ghall-fini tal-loghba bil-captain Villan, Gareth Barry ma jizbaljax.
L-ahhar loghba tal-Premiership izda ser iggaghlni nuza l-bastun li tant qed nuza fi blogs bhal dawn, (u li ga uzajt ghal darbtejn aktar ‘Il fuq), b’ vittma gdida din id-darba. Sur Mark Hughes, nghir ghalik jiena ghax minkejja li ilek stagun shih iddahhaq Ingilterra bik u bil-prestazzjonijiet fqar li urew Man City f’ dan l-istagun, is-Sceicco baqa’ jiehu pacenzja bik u zammek bhala kowc ta’ dan it-tim li mistenni jkun forza Ewropeja aktar ‘il quddiem, jekk dejjem il-pjan tal-Gharab jirnexxi. Bit-tim li ghandek kont nistenna xi haga aktar din is-sena minn medjokrita’ ta’ nofs il-Klassifika u l-loghba tal-bierah, (fejn minn 1-0 minn fuq Fulham tawkom tlieta u tidwira), kompliet turi bic-car din l-ghira li jien ghandi ghalik. Ghal inqas, Sam Allardyce kien tkecca minn manager ta’ Newcastle, fl-Italja, bir-rizultati li gibt dan l-istagun ma kontx taghmel aktar minn xahar tmexxi dan it-tim…. Il-Lega Ewropeja tista tinsieha ghall-istagun li gej biss, jekk izzomm postok ghall-istagun li gej, hu hsieb ibda tajjeb ghax niddubita kemm is-Sceicco ser jaccetta stagun iehor ta’ anonimat…. JEKK DEJJEM IZZOMM POSTOK e qed nghidu?
Hawn Malta, Hibernians ghelbu lil B' Kara fl-ahhar ghaxar minuti tal-aktar loghba importanti li kellna fi tmiem il-gimgha, minkejja l-fatt li ma tantx laghbu tajjeb u li stennejt HAFNA AKTAR minn certu plejers tal-Hibs illejla, (specjalment plejers bhal Galabov u Failla). Nittama biss li l-gimgha id-diehla, nilghabu ahjar ghax Valletta zgur li mhux ha jaghmluhielna facli!!!
Wara l-harsa estensiva li tajna fuq il-loghob ta’ tmiem il-gimgha li ghadda, nitkellmu ftit fuq il-jumejn ta’ Champions League li ghandna quddiemna. Fuq il-loghob ta’ ghada, m’ ghandix hafna xi nghid ghax nippretendi li Barcellona go Munich, (4-0 fl-ewwel loghba) u Chelsea kontra Liverpool go Stamford Bridge (3-1 go Anfield) jghaddu facilment biss l-Erbgha ser ikollna l-isbah loghba ta’ dawn il-jumejn fil-fehma tieghi? Porto ser jirnexxielhom jaghmluha u jeliminaw lill-Man Utd? Nahseb ser tkun iebsa ghar-Red Devils li jiksbu rebha fil-Portugall jekk juru l-istess loghob li urew f Old Trafford il-gimgha id-diehla biss kulhadd jaf il-qawwa li ghandhom ic-Champions tad-Dinja attwali ghaldaqstant, stennew minn kollox mil-loghba gewwa Oporto. Fit-tieni loghba tal-Erbgha, Arsenal ghandhom jibdew bhala favoriti li jghaddu minn ma’ Villareal biss, ic-Champions League kulhadd jaf kemm is-sorprizi huma parti mid-DNA taghha.
Last but not least, ghada gewwa Parigi ha jibda jinstema l-appell ta’ Ferrari, Red Bull u Renault kontra id-diffusers ta’ Brawn, Toyota u Williams. Jekk dan l-appell jintlaqa’ allura nistghu inqisu l-ewwel zewg tigrijiet bhala tigrijiet foloz biss jekk dan l-appell ma jintlaqax, Button u l-Brawn GP ghandhom jitqiesu bhala favoriti ghar-rebh finali ta’ dan il-Kampjonat sakemm ma jkunx hemm xi hadd, (Vettel? Kubica? Forsi Kimi jew Lewis?) li jaghmel xi miraklu. Jigri x’ jigri pero, wara din is-sentenza, il-polemici mhu ha jonqsu zgur…..