Post by beppebergomi on Apr 2, 2009 19:17:15 GMT 2
Illum ghandi hafna xi nghid pero ma nistax ma nibdiex il-blog tal-lejla minghajr ma niddiskuti l-loghba Ingilterra-Ukrajna.
Ok, it-tlett iljuni hadu tlett punti FUNDAMENTALI ghall-mixja taghna lejn Johannesburg biss il-loghob kien dizappuntanti ghall-ahhar. Bdew jintilfu hafna cansijiet u jkolli, kontra qalbi, nammetti li Milanist, (Beckham), kellu jkun li tana r-rebha l-bierah b' dak il-ballun li dendel go ras John Terry, b' dan tal-ahhar imbaghad jitfa gewwa.
Don Fabio, il-fiducja li ghandi li ser tkun int li ggib it-Tazza tad-Dinja lura lejn Londra hija enormi. Pero JEKK JOGHGBOK, fittex ibdel il-gowler qabel ma naraw xi froga ohra f' xi loghba deciziva. Iva, fhimtuni sewwa Calamity James rega ghamilha ghax il-gowl tad-dro' ta' Shevchenko gie mill-ennezima pudina tal-gowler tal-Portsmouth. Gowlers validi hemm li jistghu jilbsu dak il-1 tat-Tlett Iljuni, (Ben Foster, Paul Robinson jew Robert Green huma tlett ezempji ta' gowlers tajbin li hemm gol-Ingilterra), u ghaldaqstant nittama li sa meta nigu ghal biex tibda it-Tazza tad-Dinja, David James ikun gie moghti il-pay-off mit-tim Nazzjonali Ingliz.
Nigu ghal tmiem il-gimgha li gej, fejn issa, ghal kull fejn jidhlu kompetizzjonijiet tal-Klabbs, kulhadd ser ikun qed jibda jaghmel l-ahhar sforzi tieghu biex jilhaq l-ghanijiet tieghu; min biex jirbah il-Kampjonat, (ez. Inter, Man U, Liverpool, Hibernians, Valletta), min biex jidhol fl-Ewropa l-Kbira (ez. Milan, Genoa, Fiorentina, Roma, Arsenal, Aston Villa) jew iz-Zghira (ez. Tottenham, Wigan, B' Kara u Man City), u min biex izomm postu fl-oghla divizjoni ghal sena ohra (ez. Tarxien Rainbows u Newcastle United) u ghalhekk, ne vedremo delle belle zgur f' dawn ix-xahrejn li gejjin. Biss nibdew fl-ordni.
Fl-Italja, ser ikollna il-loghba ta' tmiem il-gimgha meta l-Inter ser imorru go Udine ghall-bidu ta' dak li jien qed insejjah Ciklu Infernali. Fil-fatt ic-champions f' April ghandhom hames loghbiet mill-aktar difficli li ser ikunu Udinese gol-Friuli, Palermo f' San Siro, l-isfida deciziva ghar-rebh tal-iScudetto ghand Juventus, il-loghba impossibli tat-Tazza Italja kontra Sampdoria go Milano fejn jekk kemm 'il darba, iridu jikkwalifikaw ghall-Finali, Inter iridu jeghlbu lil Sampdoria b' distakk ta' erba' gowls u il-loghba difficli gos-San Paolo ta' Napoli, biss ejja ha nikkoncentraw fuq il-loghba tal-Hadd.
L-Inter ha jkunu minghajr Maicon u, (nisperaw) li it-trio Chivu-Cordoba-Samuel ikunu irkuprati u lesti biex jibdew din il-loghba, (imqar tnejn minnhom). Haga li jien qed nara interessanti din id-darba hija li aktarx naraw lil Santon jilghab fil-posizzjoni naturali tieghu; difensur lemini u ghalhekk interessanti li wiehed jara jekk iz-zaghzugh hux kapaci jilghab tajjeb fuq il-lemin kif laghab fuq ix-xellug. L-Udinese ser ikollhom lil Di Natale nieqes biss dan ma jfissirx li it-tim ta' Marino mhux ha jaghti loghba lil dak ta' Mourinho... anzi.
Juventus u Milan mistennija jirbhu kontra Chievo u Lecce rispettivament biss zewg loghbiet li qed nara interessanti fit-Tletin Gurnata tas-Serie A huma Atalanta-Fiorentina; konfront bejn zewg timijiet li qed jilghabu tajjeb hafna u Sampdoria-Napoli; konfront bejn zewg timijiet li jridu l-punti akkost ta' kollox biex jitbeghdu miz-zona l-hamra.
Nigu issa ghall-Ingilterra, fejn id-domanda fuq fomm kulhadd hija; x' ha tkun il-mossa li jmiss ta' Liverpool? Ir-Reds imisshom loghba difficli hafna ghand Fulham, (li f' Novembru li ghadda ga tellfulhom zewg punti go Anfield). Barra minn hekk l-ahhar darba li l-Fulham laghbu go Craven Cottage, it-tim ta' Hodgson irnexxielu jeghleb lill-mexxejja attwali tal-Kampjonat Manchester United. Iktar minn hekk, Fulham jinsabu punt biss 'il boghod minn dak is-seba' post li f' Mejju li jmiss jaf ifisser post fit-Tazza UEFA Europa u ghalhekk zgur li mhux ha jaghmluha facli lill-hdax ta' Benitez, (li bilhaqq, illum fuq Sky Sports ammetta li waqt in-negozjati twal u difficli li kellu biex igedded il-kuntratt ma' Liverpool, kien hemm zmien fejn kien qed itella' jew inizzel jitlaqx jew le qabel ma gedded l-impenn li ghandu maghhom sal-2014.)
Zewg loghbiet ohra interessanti li ser ikollna fil-Kampjonat Ingliz nhar is-Sibt li gej u li behsiebni niddiskuti huma Blackburn-Tottenham u Newcastle-Chelsea. Nibdew mil-ewwel loghba, anke minhabba l-fatt li din ha tibda qabel, (fis-13:45). Din nemmen li ha tkun loghba kbira minhabba l-fatt li hemm zewg timijiet bi plejers u kowcis tajbin li, izda jridu l-punti ghal ghanijiet differenti; il-Blackburn biex isalvaw u l-iSpurs biex jibqghu ifittxu l-punti li jistghu iwassluhom biex jaghmlu hasda u jisirqu huma l-ahhar post eligibbli ghat-Tazza UEFA Europa.
Fl-16:00, Chelsea ser imorru gewwa Newcastle fejn ser isibu, pero, tim rinnovat ghall-ahhar. Dalghodu fil-fatt, Alan Shearer gie mhabbar bhala ir-raba' manager ta' dan it-tim ghal dan l-istagun. Shearer, huwa benjamin tat-tim ta' Newcastle u hu sahaq li se jmur hemm biex jaghti dak kollu li jaf biex izomm lil Newcastle 'il boghod mill-ahhar tlieta. Biss kemm ser ikun kapaci Big Al jaghmel dan? Zgur li mhux mil-loghba tas-Sibt, ghax nemmen li Chelsea jibdew din il-loghba bhala favoriti, biss nittama, sew ghar-reputazzjoni ta' Shearer, sew ghas-sapporters tan-Newcastle u sew ghall-istorja ta' dan it-tim li l-Magpies isalvaw.
Mill-Kampjonat Premier ta' Malta, is-Sibt ser ikun hemm id-derby bejn Valletta u Floriana bil-Beltin jibdew bhala favoriti. Biss il-loghba tal-gimgha hawn Malta ha tintlaghab ezatt qabel Valletta-Floriana. Tarxien Rainbows u Hamrun Spartans huma zewg timijiet li ser jaghmlu minn kollox biex izommu posthom fil-Premier sena ohra. Jien inpoggi lir-Rainbows bhala favoriti minhabba l-fatt li Daniel Mariano Bueno bhalissa ghaddej minn forma tajba hafna u din ser tkun determinanti biex ir-Rainbows isalvaw.
L-ahhar kumment ser ikun fuq il-Formula 1, li nhar il-Hadd ser jara it-tieni att tieghu go Sepang fil-Malasja. L-ahhar darba li tellaqna hawnhekk, Kimi Raikkonen rebah it-tigrija. Din id-darba il-Brawn ta' Button u Barrichello ser jibdew bhala favoriti biss ix-xita taf tkun fattur determinanti ghar-rebh ta' din it-tigrija. Nittama biss li Kimi jaghmel tigrija kif jaf jaghmel hu u JIRBAH, biss zgur mhux forsi li din ha tkun difficli hafna.